Quantcast
Channel: Dr Joseph Mizzi
Viewing all articles
Browse latest Browse all 408

Id-"Duda" tat-Tifel

$
0
0
Ommijiet (u nanniet) sikwit jistaqsuni fuq id-duda tat-tifel tagħhom! Dan għaliex fil-passat it-tobba kienu jxammruhielhom, xi ħaġa li llum m'għandiex issir.

Il-foreskin, il-ġilda li tgħaddi r-ras, tkun għadha mwaħħla fit-trabi u tfal żgħar. Il-proċess biex il-ġilda tinqala minn mar-ras jieħdu diversi snin, kultant sakemm it-tfal isiru adoloxxenti. Meta dan iseħħ il-foreskin tkun tista’ tixxammar faċilment u mingħajr ebda uġigħ.

Qatt m’għandek tipprova tisforza biex ixxammar il-foreskin. Jekk tagħmel hekk tikkawża uġigħ, ħmura, nefħa u  jista’ joħroġ id-demm. Mhux veru li jekk ma tiftaħx il-foreskin it-tifel ikollu bżonn ċirkonċiżjoni aktar tard. Għall-kuntrarju, jekk ixxammarha bi sforz tista’ toħloq problema (phimosis jew paraphimosis) li tkun teħtieġ operazzjoni.

Id-‘duda’ tat-tarbija m’għandiex bżonn xi kura speċjali. M’hemmx għalfejn tnaddaf fuq ġewwa sakemm tkun għadha ma tixxammarx.

It-tfal subien jindunaw weħidhom meta l-foreskin tixxammar! Meta jiġri dan għallem lit-tifel biex ixxammarha u jaħsel r-ras bl-ilma u s-sapun, ilaħlaħha u fl-aħħar jerġa’ jtella’ l-ġilda.

Fl-aħħarnett, ara li t-tifel itajjar il-pipi sewwa meta jkun għadu tarbija. Jekk il-pipi dejjem toħroġ bil-mod, bħal tqattar, kellem lit-tabib għax jista' jkun hemm djuq fil-passaġġ tal-pipi.

Viewing all articles
Browse latest Browse all 408