Illum l-omosesswali jissejjħu ‘gay’ – kelma li tfisser ‘ferħana’. Imma l-gay mhumiex dejjem ferħana. Bħalna lkoll huma għandhom l-aspirazzjonijiet u x-xewqat li jkunu ferħana, imma ta' spiss jesperjenzaw il-morr u t-tbatija, u sikwit weħidhom u iżolati anke mill-familja tagħhom.
L-inqas li nistgħu nagħmlu aħna l-Insara huwa li nittollerawhom u nissimpattizzaw magħhom. Ikun pass ‘l quddiem li nipprovaw nifhmuhom. Imma l-isbaħ u l-aħjar huwa li nħobbuhom, mhux lanqas billi nħabbrulhom l-evanġelju li bih jistgħu jiksbu l-ħajja u l-ferħ bħala ksibna aħna li doqqna kemm hu tajjeb l-Mulej.
Titwieled omosesswali?
Kontra għal dak li jaħsbu ħafna nies l-omosesswalità mhix kundizzjoni li titwieled bija. Anke l-American Psychiatric Association tgħid li dan mhux il-każ. Currently there is a renewed interest in searching for biological etiologies for homosexuality. However, to date there are no replicated scientific studies supporting any specific biological etiology for homosexuality. Ara http://pfox.org/No-one-is-born-gay.html
Għalhekk l-argument li l-omosswali lanqas biss għandhom jipprovaw jinbiddlu huwa wieħed żbaljat.
Huma x’inhuma l-fatturi li jwasslu bniedem li jħoss ġibda lejn persuni tal-istess sess, dan ma jiġġustifikax l-atti omosesswali. Bl-istess mod raġel iħoss ġibda lejn mara. Imma b’daqshekk ma jistax ikollu relazzjoni sesswali ma kull mara li jara. Iż-żena tibqa’ dnub avolja l-ġibdiet tal-ġisem huma ‘naturali’ u qawwija ħafna. Kull bniedem jibqa’ responsabbli x’jagħmel bil-ġibdiet tal-ġisem.
Ma ssirx ħsara psikoloġika jekk l-omosesswali jipprova jinbidel?
Le, ma jidhirx li ssir ebda ħsara psikoloġika. Dr. Glassgold, of the APA, said there has been little research about the long-term effects of rejecting a gay identity, but there is "no clear evidence of harm" and "some people seem to be content with that path." Ara http://online.wsj.com/article/SB124950491516608883.html
Tfal mrobbija minn koppja omosesswali
Dawn it-tfal imorru tajjeb daqs tfal imrobbija f’familja minn omm u missier? Ir-riċerka hi limitata u sikwit difettuża. L-istudji li juri li t-tfal imrobbija minn missier u omm huma aktar ferħana u jagħmlu suċċess akbar huma sikwit skartati mill-media. Ara http://www.equip.org/PDF/JAH050.pdf
Liġi li tirregola relazzjonijiet omosesswali m’għandiex tagħtihom id-dritt li jaddottaw it-tfal. Wara kollox il-liġi ma tagħtix dritt awtomatiku lanqas lill-koppja miżżewwġa li jaddottaw, imma jingħataw dan il-privileġġ biss jekk ikun fl-aħjar interess tat-tfal.
L-attitudni lejn l-omosesswali fid-dar
Persuni omosesswali ibgħatu minħabba diskriminazzjoni u preġudizzju kontra tagħhom. Jibżgħu joħorġu fil-beraħ anke mal-ġenituri tagħhom. Dan iwassal għal iżolament, dwejjaq u tbatija. Filwaqt li jiddispjaċihom u jinkwetaw għal uliedhom, il-ġenituri għandhom jilqgħuhom u jħobbuhom xorta waħda. Dan ma jfissirx li jkunu japprovaw l-omosesswalità. Jekk ma jilqgħuhomx huma, min se jilqagħhom? Fejn jistgħu isibu ftit wens jekk mhux f’dirgħajn il-ġenituri?
L-attitudni lejn l-omosesswali fis-soċjetà.
Persuni omosesswali għandhom kontribut sħiħ x’jagħtu fis-soċjetà. Huma ċittadini bħal u daqs ħaddieħor, u għalhekk għandhom ikunu rispettati u jgawdu drittijiet bħall-oħrajn. Huwa l-obbligu tal-gvern li jħares id-drittijiet legali tagħhom u jħarishom minn kull diskriminazzjoni.
Biex nagħti eżempju, jien naħseb li t-tipjip huwa moralment ħażin għax imarrad lil min ipejjep u lil dawk li jkunu ħdejh. Madanakollu hemm minn jagħżel li jpejjep. Meta l-gvern jilleġisla biex jirregola t-tipjip bl-ebda mod ma jkun qed japprova dan il-vizzju. Fl-istess ħin jagħti spazju lil min ipejjep u kemm jista’ jkun jipproteġi lil oħrajn.
Jien konvint ukoll li l-fidi Kristjana hi vera. Naturalment oħrajn għandhom konvinzjonijiet differenti. Il-liġi ċivili għandha tassigura li kulħadd ikun jista’ jipprattika r-reliġjon tiegħu bla xkiel. Jien irrid il-libertà reliġjuża mhux għall-Insara biss imma għall-Musulmani, Hindi u l-ateisti wkoll.
Is-soċjetà hi magħmula minn nies bi ħsibijiet diversi u għalhekk trid tinsab it-triq li ngħixu ma xulxin mingħajr ma niċħdu l-konvinzjonijiet tagħna jew ngħajjru lil xulxin omofobiċi u fundamentalisti.
L-aġenda tal-lobby gay
Aktar mid-dritt li jiżżewwġu, iridu jibdlu t-tifsira u definizzjoni taż-żwieġ. Aktar milli jkunu tollerati, jridu jġiegħlu lil kulħadd jgħid li l-omosesswalità hi normali u ekwivalenti għal relazzjoni bejn raġel u mara fiż-żwieġ.
L-attitudni lejn l-omosesswali fil-knisja
Alla l-Missier jibgħat ix-xita u x-xemx fuq kulħadd, mhux fuq il-ġusti biss. Ladarba aħna wliedu, irridu nuru l-istess attitudni ta’ mħabba lejn persuni gay. Il-bieb u l-qalb tal-knisja għandhom ikunu miftuħin għal kulħadd, altrimenti ħadd minna ma jidħol – għax ilkoll kemm aħna ksirna u niksru l-liġi t’Alla. Il-knisja hi skola għal min irid jitgħallem. L-ewwel bżonn tal-persuna gay huwa li jkun jaf Alla x’jaħseb fuq l-omosesswalità. Il-knisja għandha tkun ukoll rifuġju għal kulħadd. Forsi jekk fil-weġgħat u t-tbatijiet tiegħu isib mħabba ġenwina fina l-Insara, dan il-persuna jkun aktar lest jisma’ min għandna l-evanġelju ta’ Kristu li jista’ jagħtih il-ħelsien.
Is-sesswalità fl-Iskrittura
Alla ħalaq il-bniedem, raġel u mara, fuq xbieha tiegħu, indaqs fl-unur, differenti u kumplimentari għal xulxin. Iż-żwieġ hu rabta’ ta’ raġel u mara għal ħajjithom, u jekk ikun possibbli għat-tnissil u t-trobbija tal-ulied. Is-sess huwa l-espressjoni ta’ dik l-għaqda unika u l-mezz għal prokreazzjoni. Għall-Insara ż-żwieġ għandu sinifikat spiritwali, għax hu sinjal tar-relazzjoni ta’ Kristu mal-knisja tiegħu.
Għaldaqstant il-bigamija, il-poligamija, l-omosesswalità u sess qabel iż-żwieġ imorru kontra r-rieda t’Alla għaż-żwieġ u s-sess. L-iskrittura tgħallem li l-omosesswalità u sess barra ż-żwieġ huma dnub; fl-istess ħin Alla jistieden lill-bnedmin kollha – għax kollha midinbin, inkluż l-omosesswali u liż-żienja - għall-indiema, il-maħfra u ħelsien permezz ta’ Kristu.
L-omosesswalità fl-Iskrittura
Il-Kelma t’Alla tgħid ċar li l-omosesswalità hi dnub.
Filwaqt li tikkundanna l-omosesswalità (bl-istess mod li tikkundanna dnubiet oħra), u twissi bil-ġudizzju li ġej, il-Bibbja tagħti wkoll tama lill-persuni gay kif tagħti lilna lkoll għax ilkoll kemm aħna inġusti quddiem Alla. Madankollu lil dawk li jindmu u jemmnu fi Kristu, Alla jaħfer u jagħti ħajja ġdida. Din hi x-xhieda u l-esperjenza tagħna l-Insara. Din hi x-xewqa u s-sejħa tagħna lil kulħadd - żgur li ma rridux nħallu barra lil persuni gay.

- La timteddx ma' raġel, bħalma timtedd ma' mara; għax hi ħaġa moqżieża. Lev 18:20-23
- Għalhekk Alla telaqhom għal ġibdiet bla ġieħ. In-nisa tagħhom bidlu l-użu naturali fl-użu kontra n-natura; hekk ukoll l-irġiel ħallew l-użu naturali tal-mara u xegħlu bil-passjoni għal xulxin, rġiel ma' rġiel, biex jagħmlu ħwejjeġ bla ġieħ; u bi ħlas ta' dan jirċievu fihom infushom il-ħlas li ħaqqhom ħtijiethom. Rum 1:26, 27
- Ma tafux li l-inġusti ma jirtuhiex is-saltna ta' Alla? La titqarrqux! La żienja, la idolatri, la adulteri, la effeminati, la omosesswali, la ħallelin, la rgħiba, la skaren, la qassiesa fuq in-nies, la ħattafa, ma jirtu s-saltna ta' Alla! U minn dawn kienu xi wħud minnkom. Imma issa tnaddaftu, tqaddistu u ġejtu ġġustifikati fl-isem ta' Sidna Ġesù Kristu u fl-Ispirtu ta' Alla tagħna. 1 Kor 6:9-11