L-allergic rhinitis hi magħrufa bħala hay fever. Din hi kundizzjoni allerġika li taffettwa l-aktar l-imnieħer, kif ukoll l-għajnejn, il-griżmejn, is-sinuses u l-widnejn.
Madwar 20% tat-tfal ibatu b'din il-kundizzjoni u tista' taffattwalhom il-kwalita' ta'ħajjithom ħażin. Għalhekk huwa importanti li ssir dijanjosi u tingħata kura effettiva.
SINTOMI
Is-sintomi tal-hayfever jinkludu:
KAWŻI
Dawn it-tfal ikunu sensittivi għal ħafna affarijiet, fosthom:
DIJANJOSI
It-tabib jasal għall-dijanjosi billi jistaqsi dwar is-sintomi u jeskludi possibilitajiet oħra, bħal irjieħat u adenoids. Kultant ikun bżonn testijiet tal-allerġija fil-ġilda biex wieħed jidentifika eżatt il-kawża tal-allerġija.
KURA
Il-hayfever ma tistax titfejjaq imma tista’ tiġi kkontrollata.
Sakemm ikun possibbli wieħed irid jevita dawk il-ħwejjeġ li jikkawżaw l-allerġija, fosthom is-sigarretti.
Il-kura medika tinkludi:
SINTOMI
Is-sintomi tal-hayfever jinkludu:
- Għatis ta’ spiss, speċjalment filgħodu.
- Flissjoni ċara.
- Mnifsejn misdudin u nifs mill-ħalq.
- Ħakk fl-imnieħer, griżmejn u s-saqaf tal-ħalq.
- Għajnejn ħomor, idemmgħu u ħakk (allergic conjunctivitis)
KAWŻI
Dawn it-tfal ikunu sensittivi għal ħafna affarijiet, fosthom:
- Il-pollen (tas-siġar, ħaxix, fjuri, speċjalment fir-Rebbiegħa).
- House dust mites (dud mikroskopiku li jgħixu fuq il-ġilda u jinstabu fit-trab u l-għabra).
- Il-pil tal-annimali bħal qtates u klieb.
- L-ispori tal-moffa.
- Duħħan tas-sigarretti.
DIJANJOSI
It-tabib jasal għall-dijanjosi billi jistaqsi dwar is-sintomi u jeskludi possibilitajiet oħra, bħal irjieħat u adenoids. Kultant ikun bżonn testijiet tal-allerġija fil-ġilda biex wieħed jidentifika eżatt il-kawża tal-allerġija.
KURA
Il-hayfever ma tistax titfejjaq imma tista’ tiġi kkontrollata.
Sakemm ikun possibbli wieħed irid jevita dawk il-ħwejjeġ li jikkawżaw l-allerġija, fosthom is-sigarretti.
Il-kura medika tinkludi:
- Mediċina ‘anti-histamine’ – bħal Zyrtec, Neo-Clarityn u Xyzal – li tittieħed filgħaxija bħala mistura (peress li għall-bidu tista’ tħeddel xi ftit), u għandha tittieħed fit-tul.
- Sprej tal-isteroids fl-imnifsejn – bħal Rhinocort u Avamys. Peress li d-doża tal-isteroid hi żgħira u hi applika fl-imnifsejn biss, is-side effects huma minimi.
- Taqtir ‘anti-histamine’ fl-għajnejn.