![]() |
Cetta Mizzi 10.09.27 - 24.02.16 |
Ommi kienet mara għaqlija, bieżla u fuq kollox mara ġeneruża u b’qalb kbira. Sa minn ċkunitha ddedikat ħajjitha għall-qadi ta’ ħaddierħor, mhux lanqas tiegħi u ta’ ħuti, li b’sagrifiċju rabbietna b’tant ħlewwa u għożża.
Illum ommi m’għadhiex magħna. Jibqgħu biss it-tifkiriet sbieħ u l-gratitudni għall-ħidma, l-eżempju u l-imħabbha tagħha.
Meta għidt lit-tifel li n-nanna mietet, John staqsieni: “Papà, qed tibki?” Iva, ibni, nibki. Id-dmugħ hu sinjal tad-dieqa li ġgib magħha l-firda. L-istess dmugħ hu espressjoni ta’ ferħ u tama.
Ommi emmnet u afdat ruħha f’idejn ir-Ragħaj it-Tajjeb, il-Mulej Ġesú Kristu, u imxiet warah. Ir-Ragħaj it-tajjeb ta ħajtu għan-nagħaġ tiegħu; hu ħa ħsiebha matul ħajjitha, kien magħha dejjem imqar fil-wied ta’ dell il-mewt, u wassalha fl-hena ta’ Dar il-Missier.
Nifraħ, iva, għax bħal ma qalet binti Elizabeth, “In-nanna marret ħdejn Ġesú.”