Il-‘morning after pill’ (MAP) tintuża bħala kontraċettiv ta’ emerġenza. Hemm żewġ mediċini li jintużaw għal dan l-għan:
- Levonelle, Plan B One-Step (progestin-only, levonorgestrel), tista’ tittieħed sa’ 72 siegħa (3 ġranet) wara s-sess.
- ellaOne (antiprogestin, ulipristal acetate), tista’ tittieħed sa 120 siegħa (5 ġranet) wara s-sess.
Bi tlett modi (ara hawn taħt) – primarjament billi twaqqaf jew tittardja l-ovulazzjoni; tista’ taħdem ukoll billi twaqqaf il-fertilizazzjoni u billi ma’ tħallix l-embrijun milli jaqbad mal-utru (implantation). Dan ifisser li kultant il-MAP tista’ taħdem billi tabortixxi l-embrijun fl-ewwel jiem.
- Depending on where you are in your menstrual cycle, morning-after pills may act by one or more of the following actions: delaying or preventing ovulation, blocking fertilization, or keeping a fertilized egg from implanting in the uterus (link).
- It works mainly by: Stopping the release of an egg from the ovary. It is possible that Plan B One-Step® may also work by: Preventing fertilization of an egg (the uniting of sperm with the egg); Preventing attachment (implantation) to the uterus (womb) (link).
Kieku l-MAP taħdem biss fuq l-ovulazzjoni, kif tista’ tispjega l-effettivita' tagħha jekk l-mara tkun diġa' ovulat fil-jum li jkun sar is-sess jew fiż-żmien (sa 3 jew 5 ġranet wara s-sess) qabel il-mara tieħu l-pillola?
Ċertament f’xi każijiet il-fertilizzazzjoni tkun diġa’ seħħet fl-intervall bejn is-sess u meta l-mara tieħu l-pillola. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-MAP, jekk hi tassew effettiva, tista’ taħdem biss billi ma’ tħallix l-embrijun jaqbad mal-utru u ma jkomplix jiżviluppa. F’kelma waħda, billi tabortixxi l-embrijun, il-ħajja umana fl-ewwel jiem tagħha.