1. MISTOQSIJA: X’għandi nagħmel biex insalva?
PAWLU: Emmen fil-Mulej Ġesù, u ssalva int u l-familja tiegħek.
2. MISTOQSIJA: Is-salvazzjoni hi rigal jew jeħtieġ li nagħmlu l-għalmu tagħna u naħdmu għalija?
PAWLU: Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; u dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b'don ta' Alla; mhux bl-opri , biex ħadd ma jiftaħar.
3. MISTOQSIJA: Minbarra f’Ġesù Kristu jista’ l-bniedem isib is-salvazzjoni tiegħu x’imkien ieħor - ngħidu aħna f’xi reliġjon oħra? U jista’ n-Nisrani jsejjaħ l-isem ta’ Marija wkoll għas-salvazzjoni tiegħu?
PIETRU: F'ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.
4. MISTOQSIJA: Dak li qabel kien jissejjaħ żena, illum inqisuh dritt li kull bniedem jesprimi s-sesswalità tiegħu kif irid, u mhux fiż-żwieġ biss. Bl-istess mod, dak li qabel kien jissejjaħ rebgħa, illum nqisuh xi ħaġa tajba li tħobb il-flus u tistinka biex tikseb aktar ġid materjali. X’taħseb fuq hekk?
PAWLU: Dan kunu afu: li ebda żieni jew faħxi jew rgħib - li hu idolatra - ma jkollu wirt fis-Saltna ta' Kristu u ta' Alla. Tħallu lil ħadd iqarraq bikom bi kliem fieragħ, għaliex minħabba f'hekk tinżel il-korla ta' Alla fuq dawk li ma jisimgħux.
5. MISTOQSIJA: Kif għandhom jgħixu dawk li jsejħu lil Alla bħala Missierhom?
PIETRU: Bħala wlied ubbidjenti, tgħixux skond il-ġibdiet ta' qabel, meta kontu għadkom tgħixu fl-injuranza tagħkom; iżda, bħalma qaddis hu dak li sejjħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha, għax hu miktub: "Kunu qaddisin, għax qaddis jien."
6. MISTOQSIJA: Kemm hu minnu li Kristu għad jerġa’ jiġi? Għaddew aktar minn elfejn sena u baqa’ ma ġiex! Għaliex?
PIETRU: Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-indiema.
PIETRU: Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kulħadd jersaq għall-indiema.
------------------