Quantcast
Channel: Dr Joseph Mizzi
Viewing all articles
Browse latest Browse all 404

Il-ħożba (measles)

$
0
0
Il-marda tal-ħożba (measles) toħroġ bejn ġimgħa u ġimgħatejn wara li tkun ħadt il-mikrobu. Tittieħed mill-arja u minn oġġetti kontaminati bil-virus.

L-ewwel sintomi jinkludu deni għoli ħafna (sa 104F); sogħla, għajnejn ħomor u jdemmgħu. Erbat ijiem wara joħroġ raxx fuq il-ġilda. Ir-raxx jibda wara l-widnejn u fil-wiċċ imma imbagħad jinfirex l-isfel mal-ġisem kollu.

Il-ħożba taf tkun marda serja, speċjalment fit-trabi u tfal żgħar. Sikwit ikun hemm bżonn kura fl-isptar.

Il-virus tal-ħożba jattakka l-istess ċelloli tas-sistema immunitarja u għalhekk jista’ jkun hemm diversi komplikazzjonijiet:
  • Infezzjoni fil-pulmun
  • Infezzjoni fil-widna
  • Aċċessjonijiet tad-deni
  • Dijareja
  • Myocarditis (infjammazzjoni fil-qalb).
  • Enkefalite (infezzjoni tal-moħħ li tista’ twassal għall-ħsara fil-moħħ u mewt)
  • Subacute sclerosing panencephalitis (SSPE) li twassal għal diżabilità serja u l-mewt.

Żewġ persuni minn kull elf imutu minkejja l-aħjar kura li jingħataw.

F’pajjiżna ftit li xejn naraw ħożba minħabba li t-tfal huma mlaqqmin bl-MMR. Is-sitwazzjoni hi differenti f’pajjiżi oħra. Riċentement kien hemm tfal li laqqtu l-ħożba minn Disneyland (USA). F’Berlin, il-Ġermanja, kien hemm aktar minn ħames mitt każ ta’ ħożba fl-aħħar xhur, u sfortunatament kien hemm tifel li miet b’din il-marda. Il-ġenituri li se jsiefru f’pajjiżi fejn hemm il-ħożba għandhom jaħsbuha darbtejn jekk it-tfal għadhom m’humiex mlaqqmin.

Viewing all articles
Browse latest Browse all 404